L-Iskema ta’ Rifużjoni tal-Kontenituri tax-Xorb

L-Iskema ta’ Rifużjoni tal-Kontenituri tax-Xorb għandha tippermetti lil Malta tissodisfa l-impenji tagħha li tintroduċi skema nazzjonali li biha 70 % tal-fliexken tal-plastik tax-xorb jiġu effettivament irkuprati u ma jitħallewx jispiċċaw fl-ibħra tagħna.

Ta’ min isemmi li l-Baħar Mediterran huwa sfortunatament ikkaratterizzat minn perċentwal għoli ta’ skart fil-baħar. Barra minn hekk, ir-riċerka xjentifika turi b’mod ċar li 70 % tal-iskart fil-baħar huwa effettivament plastik li joriġina mill-art.

Barra minn hekk, ir-riċerka xjentifika turi b’mod ċar li 70 % tal-iskart fil-baħar huwa effettivament plastik li joriġina mill-art. Ir-Regolamenti dwar l-Iskema ta’ Rifużjoni tal-Kontenituri tax-Xorb, ispirati mill-prinċipji ta’ Responsabbiltà Estiża tal-Produttur, u li daħlu fis-seħħ fil-31 ta’ Lulju 2020, huma maħsuba biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2018/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ fir-rigward tal-kontenituri tax-xorb, u biex jirriflettu l-Artikolu 8a tad-Direttiva Qafas riveduta dwar l-Iskart, id-Direttiva 2018/851, u jirriflettu d-definizzjonijiet u l-miri introdotti permezz tad-Direttiva 2019/904 dwar il-Plastik li Jintuża Darba Biss.

L-implimentazzjoni tal-iskema ta’ rifużjoni tal-kontenituri tax-xorb għandha trawwem u ttejjeb l-għarfien dwar l-importanza tal-immaniġġjar tal-iskart bħala mezz biex jittejjeb l-ambjent tagħna permezz tat-tnaqqis tal-iskart, it-tnaqqis tal-mifrex u mġiba soċjali mtejba.

L-Iskema għandha l-għan li trawwem kultura fost il-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati fir-rigward tal-benefiċċji ekonomiċi u ambjentali taċ-ċirkolarità tar-riżorsi u fl-aħħar mill-aħħar, tiddevja l-iskart mil-landfill. L-implimentazzjoni b’suċċess tal-Iskema għandha tawgura tajjeb għall-introduzzjoni ta’ skemi simili mibnija fuq il-prinċipji ta’ Responsabbiltà Estiża tal-Produttur biex jitnaqqas il-fluss fil-landfills ta’ flussi oħra ta’ skart.

Skip to content