Ir-Rwol Tagħna

F’konformità mad-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu s-CEMalta, b’mod partikolari S.L 549.134, il-Gvern għandu jkun qed jissorvelja, jivverifika u jinfurza kif meħtieġ l-Iskema permezz tal-Aġenzija. CEMalta għandha teżerċita b’mod effettiv ir-rwol regolatorju tagħha permezz ta’ relazzjonijiet stabbiliti u l-appoġġ tad-Dwana ta’ Malta u tal-Kummissarju għad-Dħul.

CEMalta għandha tkun qed taħdem flimkien mal-Operatur tal-Iskema kif ukoll ma’ awtoritajiet oħra biex tiżgura li l-Produtturi u l-Importaturi jsegwu r-regoli u r-regolamenti stabbiliti fl-avviż legali fost l-oħrajn biex jiżguraw li jintlaħqu l-objettivi u l-miri.

Ir-regolamenti ppubblikati fil-31 ta’ Lulju 2020 jipprevedu wkoll li jekk ma jintlaħqux il-miri rilevanti, il-Konsorzju jkun soġġett għal multi, kif xieraq.

< Back
Skip to content